Tabib tal-familja jisħaq li l-ftuħ tal-iskejjel huwa kruċjali għall-iżvilupp tat-tfal  – One News

Notifiki

Tabib tal-familja jisħaq li l-ftuħ tal-iskejjel huwa kruċjali għall-iżvilupp tat-tfal 

Huwa kruċjali ferm għat-tfal li jirritornaw lejn l-iskola, sabiex wara diversi xhur, jerġa’ issa jibda jkollhom il-kuntatt soċjali, fattur li huwa importanti ħafna għall-iżvilupp tagħhom. Qal dan it-Tabib tal-Famijla Jan Chircop, fejn ma’ dan l-istazzjon saħaq li wara dan iż-żmien ta’ sagrifiċju għat-tfal, li xi kultant anke ma jifhmux eżatt x’inhi s-sitwazzjoni, l-iskejjel għandhom jinfetħu.“Imbagħad soċjalment il-fatt li t-tfal nevitawlhom milli jmorru l-iskola ħa taqtalhom dak il-kuntatt soċjali mal-ħbieb tagħhom, mal-għalliema tagħhom, l-istruttura tal-iskola u fl-aħħar mill-aħħar inħoss illi jaffetwalhom l-iżvilupp tagħhom f’dawn l-iskills illi jiżviluppaw tul iż-żmien grazzi għall-istruttura tal-iskola.”

It-Tabib Chircop żied jgħid li t-tfal huma fost l-inqas vulnerabbli fis-soċjetà, għax jekk taqbadhom il-COVID-19 mhux se jkollhom kumplikazzjonijiet serji daqs li kieku taqbad l-anzjani. U b’ton ċar, it-tabib tenna li hu se jibgħat lill-uliedu l-iskola. “It-tfal huma fost l-inqas affetwati bijoloġikament meta taqbadhom il-COVID u għaldaqsant ir-riskju li jiġrilhom xi ħaġa meta taqbadhom il-Covid huwa baxx ħafna daqs li kieku jaqbadhom riħ. Ovvjament anke bl-influwenza hemm riskji li jkollok kumplikazzjonijiet iktar serji bħal ma jista jkun bil-Covid. Pero ma rajna xejn agħar mill-influwenza fit-tfal. Jien lit-tfal ser nibagħthom l-iskola.”

Dr. Chircop qal li b’moniteraġġ tajjeb u b’miżuri għaqlin, m’għandnix għalfejn nallarmaw ruħna u saħaq li l-aktar ħaġa importanti bħalissa hija li nedukaw lit-tfal bil-miżuri fis-seħħ u nfehmuhom l-importanza tal-ħasil regolari tal-idejn u ż-żamma tad-distanza soċjali.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend