Tnieda l-European Mobility Hub ta’ EIT, proġett b’ħidma konġunta bejn Project Aegle Foundation, l-MCAST u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Dan il-proġett għandu l-għan li jippromovi bidla pożittiva u sostenibbli fil-kultura tat-trasport tagħna u li joħloq pjattaforma għall-kollaborazzjoni bejn il-partijiet involuti kollha fis-settur.
Dan billi jsir eżerċizzju li jqajjem kuxjenza dwar l-użu tat-trasport. “Increase the participation of local Maltese stakeholders in the European Union activities and we also want to develop the education curriculum. So we want more people to be trained in urban mobilities where engineers know better how to repair and to walk on the infrastructure, mobility and everything.”
Camille semmiet ukoll avveniment innovattiv li ser jkun qed iseħħ f’Novembru li ġej biex anki fil-kapitali tidħol kultura ġdida ta’ trasport. Waqt id-diskors tiegħu matul din it-tnedija, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg irrefera għat-titjib li għaddej bħalissa fuq it-toroq f’Malta u spjega kif qed jiġu introdotti mezzi alternattivi, bħal karreġjati għall-mixi u għaċ-ċiklisti u pontijiet pedonali.
“Inizzjattivi bħal dawn il-gvern jinkoraġġihom, jinkoraġġihom għaliex ovvjament qed iġib numru ta’ stake holders flimkien u naħseb li niddjalogaw u mbagħad inkunu nistgħu naħdmu fuq infrastruttura aħjar, servizzi ta’ transport aħjar u allura livell ta’ għajxien aħjar.”