Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa fiequ erbgħa u tletin persuna oħra mill-coronavirus filwaqt li feġġew tmienja u tletin każ minn fost elfejn erba’ mija u disgħa testijiet.
Dan ifisser li tmienja u disgħin punt ħamsa fil-mija tat-testijiet li saru ġew negattivi, filwaqt li perċentwal u nofs biss irriżultaw fil-pożittiv.
Sa issa b’kollox, fis-sitt ċentri tat-ittestjar madwar Malta u Għawdex saru aktar minn mitejn u ħamsa u tletin elf u sitt mitt test.