Il-kumpanija ta’ telekomunikazzjoni GO ħabbret li minħabba ħsarat estensivi kkawżati minn terzi fuq cables taħt l-art is-servizzi kollha ta’ GO fiż-Żejtun, iż-Żurrieq, Ħal Għaxaq, L-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi, Ħal Kirkop u l-inħawi ta’ madwar kapaċi jkunu effettwati minn dawn il-ħsarat.
Kif saru magħrufa dawn il-ħsarat, GO bagħtet tim tekniku fuq il-post sabiex jara l-ħsarat kollha x’jinvolvu u jibdew it-tiswijiet b’mod immedjat. Għalissa għadu mhux ċar kemm se jdum ix-xogħol ta’ tiswija. Fi stqarrija GO qalet li l-klijenti huma mħeġġa jirreferu għall-paġna ta’ Facebook ta’ GO fejn se jkunu qed jittellgħu iżjed aġġornamenti.