Antonio Guterres bi twissija fil-ftuħ tal-Assemblea Ġenerali – One News

Notifiki

Antonio Guterres bi twissija fil-ftuħ tal-Assemblea Ġenerali

Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres wissa li d-dinja għandha tagħmel dak kollu possibbli biex tipprevjeni gwerra ġdida.

Fil-ftuħ tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Guterres qal dan f’kuntest tat-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u qal li d-dinja hija miexja f’direzzjoni perikoluża bi qsim bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja.

Fil-ħamsa u sebgħin anniversarju mit-twaqqif tal-Ġnus Magħquda, Guterres tkellem ukoll dwar il-pandemija tal-COVID-19, u qal li din hija kriżi li d-dinja qatt ma rat bħalha, li iżda se nibqgħu narawha f’forom differenti.

Qal li l-COVID-19 mhix biss okkażjoni biex inqumu mir-raqda, imma prova għad-dinja biex tilqa’ għall-isfidi li għad iridu jiġu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend