Għaddej eżerċizzju t’assessjar tar-riskju fl-iskejjel u ara kif se jiġu ffumigati l-vannijiet – One News

Notifiki

Għaddej eżerċizzju t’assessjar tar-riskju fl-iskejjel u ara kif se jiġu ffumigati l-vannijiet

It-tħejjijiet għall-ftuħ tal-iskejjel jinsab fl-aqwa tagħhom fejn qed jittieħdu l-miżuri kollha biex it-tagħlim jingħata fil-klassi. Waqt żjara fl-iskola Primarja tal-Imqabba, ONE News iltaqa’ ma’ Chris Attard fejn b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika beda jagħmel eżerċizzju t’assessjar tar-riskju fl-iskejjel.  “Li jkun hemm social distance ta’ metru u nofs bejn kull student, bejn l-għalliema u l-istudent ikun hemm żewġ metri li jkun hemm direction stickers, jiġifieri fit-taraġ ikun hemm one flow. Naraw li dawn l-affarijiet qegħdin jeżistu diġà fl-iskejjel. Ħalli jilqgħu għal meta jidħlu t-tfal nhar il-Erbgħa.”   

Is-Sur Attard spjegalna li wara li jsir l-eżerċizzju t’assessjar tar-riskju f’kull skola madwar Malta u Għawdex, jinħareġ rapport rispettiv ta’ dak li jkun assessjat u tittieħed azzjoni f’każ li jkun hemm xi ħaġa mhux kif mixtieq. Is-Sur Attard spjega li fl-iskola se jsir aċċenn biex il-miżuri ta’ prekawzjoni jittieħdu mhux biss fil-klassi iżda anki f’postijiet komuni.

Fost oħrajn se jkun hemm imwaħħlin posters dwar prattiċi importanti fl-iskejjel fosthom il-ħasil tal-idejn, l-ilbies tal-maskri u ż-żamma tal-iġjene. Intant bħalma l-iskejjel se jkollhom jaddattaw l-operat tagħhom, l-istess kellha tagħmel il-Koperattiva tat-Trasport tat-tfal. Mis-sena skolastika li ġejja x-xufier se jnaddaf il-vann wara kull vjaġġ u kull proċess ta’ tindif u ffummigar jieħu madwar nofs siegħa.

Intant ic-Chairperson tal-kooperattiva Michael Grech appella fuq l-importanza li l-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal juru koperazzjoni biex flimkien nassiguraw ambjent sigur għall-uliedna. “Biex jikkoperaw magħna l-ġenituri t-tfal għandhom ikunu lesti bil-maskra tkun lesta minn qabel u mhux x’ħin jasal il-vann ħalli kif jitilgħu kemm jista’ jkun ma jitilfux ħin.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend