Raġel u mara arrestati f’Bormla wara li allegatament instabulhom tliet tipi ta’ droga fil-karozza – One News

Notifiki

Raġel u mara arrestati f’Bormla wara li allegatament instabulhom tliet tipi ta’ droga fil-karozza

Raġel ta’ 29 sena u mara 28 sena ġew arrestati f’Bormla wara diversi jiem t’osservazzjoni mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Il-koppja dehru jaġixxu b’mod suspettuż waqt li kienu f’karozza fejn imbagħad huma ġew avviċinati mill-pulizija u saritilhom tfittxija.

Fil-karozza nstabu diversi pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina, eroina u crack.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Marseann Farrugia li ħatret divresi esperti biex jassistuha fil-każ.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin iżda r-raġel mistenni jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend