Malta tagħti donazzjoni ta’ maskri u sanitizers għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda – One News

Notifiki

Malta tagħti donazzjoni ta’ maskri u sanitizers għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

Malta ser tagħti donazzjoni ta’ maskri u sanitizers għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.

Dan irrapportatu s-sit CNN li spjegat li din is-sena l-assemblea ser tieħu bixra kemxejn differenti hekk kif diplomatiku wieħed biss minn kull pajjiż ser ikollu aċċess għas-sala tal-assemblea.

Għaldaqstant, din is-sena l-assemblea ġenerali ser tkun waħda diġitali u b’hekk m’aħniex se naraw mexxejja tal-pajjiżi jħufu fil-kuriduri tal-kwartieri ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York.

Id-diplomatiċi minn kull pajjiż ser ikollhom permess jintroduċu d-diskors tal-mexxejja li ser jintwera b’mod diġitali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend