Anzjan ta’ 98 sena jmut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19 – One News

Notifiki

Anzjan ta’ 98 sena jmut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Anzjan ta’ 98 sena li kellu problemi ta’ saħħa ulterjuri miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa spjega li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Settembru meta ddaħħal l-Isptar Mater Dei, minn residenza tal-anzjani.

Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn miet aktar kmieni dalgħodu.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan filwaq li appella lill-poplu biex jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend