Għall-ħabta ta’ nofsinhar bdiet il-maratona ta’ tnax-il siegħa Għinuna Ngħinukom.
Permezz ta’ din il-maratona qed jinġabru fondi b’risq il-fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
S’issa nġabru aktar minn €400,000 mill-ftuħ ta’ din il-maratona.
Fil-bidu ta’ din il-maratona l-President ta’ Malta u s-Sinjura tiegħu Miriam Vella appellaw lill-pubbliku Malti u Għawdxi biex jaħsbu f’dawk li huma l-anqas ixxurtjati, waqt li rringrazzjaw lil kull min qed jgħin f’din il-maratona.