Tmut l-Imħallef Ruth Bader Ginsburg – meqjusa bħala ikona għad-drittijiet tan-nisa – One News

Notifiki

Tmut l-Imħallef Ruth Bader Ginsburg – meqjusa bħala ikona għad-drittijiet tan-nisa

Matul il-lejl li għadda tħabbret il-mewt ta’ Ruth Bader Ginsburg, li kienet isservi bħala Imħallef fil-Qorti Suprema tal-Istati Uniti. Ginsburg li kienet meqjusa bħala ikona għad-drittijiet tan-nisa mietet bil-kanċer tal-frixa fl-età ta’ 87 sena.

Matul il-karrier tagħha, Ginsburg saret figura liberali prominenti, u hija kienet it-tieni mara li qatt serviet fil-Qorti Suprema u kienet ilha tokkupa din il-kariga għal 27 sena.

F’kummenti li ta, il-Prim Imħallef John Roberts kellu kliem ta’ tifħir għall-kollega tiegħu, u semma kif hija se tibqa’ tiġi mfakkra għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Intant, il-President Amerikan, Donald Trump huwa mistenni li jinnomina sostitut konservattiv minflok Ginsburg.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend