Spazju kreattiv iniedi l-programm għal dan l-istaġun – One News

Notifiki

Spazju kreattiv iniedi l-programm għal dan l-istaġun

Spazju Kreattiv nieda il-programm tal-istaġun elfejn u għoxrin sal-elfejn wieħed u għoxrin, bit-tema Il-Qalba tal-Kreattività. Dan fih aktar minn 400 attività, 320 artist, u 17-il forma ta’ arti kreattiva.

L-istaġun annwali ta’ ŻiguŻajg se jirritorna wkoll b’varjetà sħiħa ta’ spettakli ġodda minn trabi sa tfal ta’ għaxar snin.

Apparti mill-ammont sinifikattiv ta’ inizjattivi li Spazju Kreattiv qed ivara, bħalissa hemm ukoll l-esebizzjoni bl-isem Project XX li tikkomemora l-20 Sena Anniversarju tal-Fondazzjoni Kreattività. Din l-installazzjoni interattiva mill-artist Pierre Portelli, tħallat ir-riflessjonijiet u l-implimentazzjonijiet artistiċi flimkien mar-riċerka tal-arkivji fil-bini u l-organizzazzjoni permezz tal-ewwel esperjenza virtwali unika tat-tip tagħha fis-settur lokali.

Il-Ministru José Herrera innota li Fondazzjoni Kreattività qed tiċċelebra dan l-anniversarju mit-twaqqif tagħha, u qed tagħmel dan f’ċirkostanzi xi ftit jew wisq partikolari. Il-Ministru temm jinnota kif minkejja l-isfidi li l-pandemija mponiet fuq dan il-qasam, Spazju Kreattiv xorta ħadem biex iniedi programm estensiv.

Iċ-Chairman ta’ Fondazzjoni Kreattività Rupert Cefai qal li fix-xhur li ġejjin, Fondazzjoni Kreattività se tippreżenta proposti u proġetti ta’ infrastruttura strateġika sabiex tiżgura li dak li ġie milħuq fil-passat jinżamm u jiġi żviluppat aktar għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Id-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv, Daniel Azzopardi spjega kif il-programm ser idaħħal lill-Spazju Kreattiv f’era ġdida, waħda li tiffoka fuq li tippożizzjona lil Spazju Kreattiv fil-qalba tal-kreattività.

st

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend