Raġel jittieħed l-isptar wara li nqabad bejn żewġ vetturi tal-kostruzzjoni – One News

Notifiki

Raġel jittieħed l-isptar wara li nqabad bejn żewġ vetturi tal-kostruzzjoni

one.com.mt jinsab infurmat li raġel ta’ 45 sena minn Birkirkara ttieħed l-isptar wara li kien miexi bejn żewġ vetturi tal-kostruzzjoni, waħda minnhom niżlet ‘l isfel b’konsegwenza li r-raġel inqabad bejn iż-żewġ vetturi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Peprin fil-Mellieħa.

Fuq il-post isejħet l-għajnuna tal-Pulizija u tim mediku li ħadu l-irġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend