Paul Philip Caruana ta’ disgħa u erbgħin sena li jgħix Tas-Sliema nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti b’rabta ma’ serq ta’ makkinarju tal-kostruzzjoni u karozzi.
Fil-Qorti, ġie allegat li r-raġel u nies oħrajn, tul dawn l-aħħar xhur serqu u żarmaw makkinarji tal-kostruzzjoni u żewġ karozzi moderni li jiswew madwar €100,000.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Prosekuzzjoni ma qablitx hekk kif għadhom iridu jitressqu xhieda oħra u minħabba l-gravità tar-reat.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/09/18/arrestat-fuq-serq-ta-makkinarju-minn-hal-qormi/