Darren Bartolo ta’ 30 sena minn San Pawl il-Baħar ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li allegatament spara waqt xogħlu spara lejn immigrant, waqt ir-rewwxita fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi.
Id-difiża mmexxija mill-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia ntqal kif ir-raġel spara minħabba li kien aggredit mill-immigrant. Intqal ukoll kif dan l-immigrant kien se jaqbeż biż-żona privata tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Bil-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Janetta Grixti oġġezjonat din it-talba għall-ħelsin mill-arrest.
Il-Maġistrat Stafrace Zammit tat il-ħelsien mill-arrest lill-akkużat b’diversi kundizzjonijiet, fosthom dik ta’ depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €10,000, ma jistax juża arma oħra, filwaqt li jrid jiffirma fl-għassa tal-Qawra tlett ijiem fil-ġimgħa. Il-Qorti ordnat ukoll kif l-imputat ma jistax jersaq lejn iż-żona taċ-ċentru tad-detenzjoni.
Huwa wieġeb mhux ħati.