Iben il-Kuntistabbli Ryan Tonna jingħata ġugarell personalizzat biex jiftakar f’missieru – One News

Notifiki

Iben il-Kuntistabbli Ryan Tonna jingħata ġugarell personalizzat biex jiftakar f’missieru

It-tifel u l-qraba tal-Kuntistabbli Ryan Tonna ntagħaw soft toys personalizzati b’tirkira tal-Kuntisatabbli Tonna. Huwa miet traġikament f’Diċembru li għadda waqt li kien qed jieħu sehem f’maratona fl-Italja.

Iben l-Kuntistabbli Tonna li għandu sitt snin flimkien ma’ qraba oħra ltaqa’ mal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà fejn ippreżentalu dawn is-soft toys li fuqhom hemm miktub: Tonna u n-numru 773 li kien in-numru tal-Kuntistabbli Ryan Tonna.

Il-kollegi tas-Sur Tonna kkuntattjaw lill-organizzazzjoni Blue Line Bears li hija organizzazzjoni li tagħmel ġugarelli personalizzati lil tfal li tilfu xi ġenitur li kien jaħdem fl-Infurzar tal-liġi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend