Chef rinomat ifaħħar l-investiment qawwi tal-Gvern fl-edukazzjoni tat-tfal – One News

Notifiki

Chef rinomat ifaħħar l-investiment qawwi tal-Gvern fl-edukazzjoni tat-tfal

“L-istudenti qed jaħdmu b’iktar kuraġġ u qed jingħaqad il-bridge bejn l-iskola u x-xogħol.”

Dan kien kliem wieħed mill-aktar kokijiet rinomati f’pajjiżna, Sean Gravina b’reazzjoni għall-faċilitajiet li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istudenti fl-iskejjel madwar Malta.

Is-Sur Gravina qal dan waqt konferenza relatata mal-ġimgħa tas-Servizz Pubbliku fl-Iskola Sekondarja Verdala f’Bormla u li tagħmel parti mill-Kulleġġ Santa Margerita.

Konferenza fejn deher biċ-ċar l-investiment qawwi finanzjarju fil-qasam edukattiv f’dawn l-aħħar seba’ snin ta’ Gvern Laburista.

One News tkellem mal-kok Sean Gravina dwar investiment fi kċina tal-ogħla kwalità għall-istudenti li jitgħallmu f’din l-iskola.

Huwa spjega: “B’dawn it-tip ta’ kċejjen l-ewwel ħaġa l-istudent jaħdem iktar komdu, jagħmel iktar kuraġġ u tgħaqqad dik il-bridge ta’ bejn l-iskola u realtà u tagħti dak il-boost u dik il-confidence li l-istudent ikollu bżonn meta jidħol fid-dinja tax-xogħol.”

Il-Kap taċ-Ċivil, Mario Cutajar sostna wkoll l-investiment fit-teknoloġija, li ġie estiż ukoll għall-iskejjel primarji bl-għoti ta’ tablet lil kull student tar-raba’ u tal-ħames sena biex b’hekk l-adulti ta’ għada jitrawmu minn kmieni fl-użu tat-teknoloġija.

Is-Sur Cutajar qal: “Fejn tidħol edukazzjoni tfisser opportunitajiet u allura l-vettrina li qed nuru f’din l-iskola m’hijiex l-unika waħda imma l-vettrina li qed nuru turi ta’ bilħaqq is-sistema l-ġdida li qed tiġi ntrodotta f’pajjiżna permezz ta’ My Journey taħseb fl-istudenti kollha ħadd ma jaqa lura.”

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Permanenti għall-Edukazzjoni Frank Fabri tkellem dwar il-programm My Journey li tfassal f’dawn l-aħħar snin biex jara li kull student jigħallem skont il-ħiliet partikolari tiegħu u biex l-ebda student ma jibqa’ lura jew jintilef tul triqtu.

Is-Sur Fabri stqarr: “Aħna nemmnu li kull student u kull studenta fl-iskola tagħna għandna ntuhom l-opportunità biex huma wkoll jirnexxu fil-ħajja jsiru ċittadini attivi u jilħqu l-miri li huma għandhom fil-ħajja tagħhom li fl-aħħar mill-aħħar tibbenefika lura minnhom is-soċjetà Maltija.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend