BIL-FILMAT: Bodyguards ta’ Bernard Grech jimbuttaw u jimblukkaw lill-ġurnalist ta’ ONE News – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Bodyguards ta’ Bernard Grech jimbuttaw u jimblukkaw lill-ġurnalist ta’ ONE News

Bodyguards tal-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech imbuttaw lill-ġurnalist ta’ ONE News Colin Deguara u mblukkawh milli jsaqsi lil Bernard Grech għadd ta’ mistoqsijiet b’rabta mas-saga tiegħu tat-taxxa u tal-VAT.

Ir-rapport tad-due diligence li twettaq minn tliet persuni mqabbda mill-Partit Nazzjonalista biex jgħarbel liż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-partit jgħid ċar u tond li Bernard Grech ħeba u ma tax l-istampa kollha dwaru.

Mistoqsi dwar dan il-fatt, dak li qed jaspira li jkun Kap tal-Oppożizzjoni, kien evażiv u skomdu ħafna u baqa’ jirrepeti l-istess sentenza li ma kellha assolutament xejn x’taqsam mal-mistoqsija.

Il-kandidat tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Bernard Grech ma riedx iwieġeb lanqas jekk id-deputati Nazzjonalisti kinux jafu li hu għamel snin jevadi t-taxxa.

Wara li l-bodyguards ta’ Bernard Grech kienu aggressivi mal-ewwel attentat biex insaqsu lil Grech f’San Ġiljan, il-Ġimgħa filgħaxija, ONE News baqa’ fuq il-post biex jerġa’ jsaqsi iżda mat-tieni attentat deher ċar li l-bodyguards ta’ Grech kellhom struzzjonijiet ċari biex lil Bernard Grech jċaqilquh mill-aktar fis.

Skomdu jwieġeb fuq in-nuqqasijiet serji tiegħu, Bernard Grech imbagħad ħarab, bil-bodyguards tiegħu jibqgħu jimblukkaw lill-ġurnalist milli jagħmel xogħlu.

Ara wkoll:

L-IĠM jgħid li l-ġurnalist m’għandux jiġi mblukkat

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend