Arrestat b’rabta ma’ serqa f’Ħal Qormi – One News

Notifiki

Arrestat b’rabta ma’ serqa f’Ħal Qormi

Raġel ta’ erbgħin sena minn Ħal Qormi ġie arrestat b’rabta ma’ serqa minn banka tal-lottu f’Ħal Qormi stess.

Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda fi Triq San Edwardu, meta l-aggressur seraq ammont ta’ flus kontanti u ħarab minn fuq il-post.

Ir-raġel ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija wara ħidma li saret mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u s-Sigurtà flimkien mad-Distrett ta’ Ħal Qormi.

Serqa f’banka tal-lottu f’Ħal Qormi

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend