4250kg ta’ skart miġbura fil-kampanja Saving Our Blue – One News

Notifiki

4250kg ta’ skart miġbura fil-kampanja Saving Our Blue

Fi tmiem it-tieni edizzjoni tal-Kampanja Saving our Blue, inġabru mal-erba tunnellati u 250 kilo ta’ skart u plastic mill-bajjiet u l-ibħra Maltin.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fl-okkażjoni ta’ World Clean-Up day fil-Bajja tal-Għadira, fejn ġie rikonoxxut l-impenn tat-tfal favur it-tindif tal-ambjent ta’ madwarna.

Fil-fatt fl-istess konferenza intqal kif f’attività ta’ tindif f’4 bajjiet madwar Malta inġabru l-fuq minn 150kg ta’ skart.

Dwar dan One News tkellem mal-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, li spjega l-importanza ta’ attivitajiet ta’ dawn it-tip li jkomplu jpoġġu l-Gvern u l-poplu fuq quddiem fil-ġlieda favur l-ambjent f’pajjiżna.

Huwa stqarr: “Bħala Gvern qed inkomplu ninvestu, qed ninvestu l-akbar ammont bla preċedent fil-pajjiż fil-qasam tal-waste managment iżda hemm bżonn bidla wkoll fil-mentalità u din ħa nkomplu narawha anke bil-long term waste managment plan li se nkun qed inħabbar sal-aħħar ta’ din is-sena.”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici rrimarka l-importanza li nibqgħu nkattru kuxjenza favur l-ambjent qalb it-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin sabiex il-ġenerazzjonijiet ta’ għada japprezzaw u jieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarhom.

Huwa qal: “Dan huwa eżempju żgħir li juri kemm ix-xogħol edukattiv qed jagħmel differenza u aħna rridu nkomplu b’iktar tagħlim u iktar edukazzjoni ambjentali biex inħallu li ldawn l-istess tfal pajjiż u ambjent aħjar milli sibna aħna u milli ħallewlna missirijietna.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend