Numru ta’ lectures fl-Università se jsiru online – One News

Notifiki

Numru ta’ lectures fl-Università se jsiru online

F’laqgħa tas-Senat tal-Università ta’ Malta ġie diskuss l-ftuħ tas-sena akkademika l-ġdida.

F’din il-laqgħa ntqal kif fil-jiem li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu qed jippubblikaw il-linji gwidi dwar l-Università.

Intqal kif l-lectures tal-ewwel semestru se jsiru online u fejn ikun possibli se tingħata l-għażla li l-istudenti jattendu għal-lezzjonijiet fiżakment ġewwa l-università.

Intqal kif l-lezzjonijiet li jattendu għalihom ħafna studenti se jsiru online, b’dawk il-klassijiet li għandhom aktar minn 70 student se jsiru online.

Intqal kif sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Ottubru, l-istudenti se jkunu jafu kif se jkunu assessjati.

Rigward il-gradwazzjonijiet, dawn jaf se jsiru aktar tard, iżda qed jiġi ssuggerit li sal-20 ta’ Novembru l-istudenti kollha se jitqiesu bħala gradwati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend