Kumpanija Maltija qed tipproponi sabiex tagħmel investiment ta’ madwar mija u għoxrin miljun ewro biex f’Kemmuna jkun hemm lukanda tal-ogħla livell.
Il-pjan għal din il-lukanda l-ġdida tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet online, fejn il-perit ta’ dan il-proġett Antonio Belvedere spjega kif dan il-proġett se jżomm sebgħin kamra u wieħed u għoxrin villa ta’ sular wieħed.
Din il-lukanda l-ġdida se titla’ flok dik preżenti u mhu se tittieħed l-ebda art rurali tal-gżira.
Intqal kif wara li joħorġu l-permessi meħtieġa, il-lukanda se titlesta fi żmien sentejn.