Il-protesti fil-Belarus issa daħlu fis-sitt ġimgħa tagħhom.
Minn dakinhar l’hawn seħħew ta’ kuljum diversi demostrazzjonijiet kontra l-President Alexander Lukashenko, li ilu jmexxi mill-1992.
Huwa rrapurtat li s’issa eluf ta’ persuni ġew miżmuma b’uħud jirrakkontaw li għamlulhom diversi torturi.
Il-maġġoranza tad-detenzjonijiet saru minn diversi rġiel liebsin maskra u lebsin ilbies li ma jiddentifikax mil-liema organizzazzjonijiet ġejjin.
Tant li din il-ġimgħa, diversi attivisti nisa bdew jieħdu r-riedni f’idejhom sabiex dawn il-persuni jiġu identifikati u jkunu responsabbli tal-azzjonijiet tagħhom.