Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-istitut edukattiv tal-MaritimeMT – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-istitut edukattiv tal-MaritimeMT

Fil-ġimgħat li ġejjin, l-istitut MaritimeMT flimkien mad-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili se jibdew joffru korsijiet li jwaslu għal Ċertifikat ta’ Kompetenza għal dak magħruf bħala Officer of the Watch fis-settur tal-yachting.

Dan tħabbar waqt żjara li għamel il-Prim Ministru Robert Abela ġewwa l-istitut edukattiv ta’ MaritimeMT ġewwa Ħal-Far.

Dawn il-korsijiet huma importanti hekk kif pajjiżna qed jara żieda fir-reġistru tas-superyachts, hekk kif dan ikompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ pajjiżna fuq il-mappa tal-industrija tas-superyachts.

Il-Prim Ministru Abela qal kif l-investiment li sar minn f’dan l-istitut huwa ta’ importanza sabiex ikunu jistgħu jintużaw teknoloġiji ġodda fit-taħriġ fis-settur marittimu.

L-istitut MaritimMT inbena b’investiment ta’ erba’ miljun ewro bil-għan li jingħata taħriġ speċjalizzat lill-baħħara u l-ħaddiema tal-marittimi bbażati fuq l-art.

Il-Prim Ministru Abela nnota bi pjaċir is-sħubija li MaritimeMT għandha ma’ diversi esperti li qed jiffaċilitaw pjattaformi ta’ tagħlim online kif ukoll l-użu tat-teknoloġija tar-realtà virtwali għall-istudenti tagħha.

MaritimeMT kontinwament taħdem mad-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili fi ħdan Transport Malta biex tinvesti fi programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjonijiet ġodda.

Dan il-kors jinvolvi fih portafoll tal-akkademja li se jkun maqsum fi tlieta, parti għat-tbaħħir, parti għas-susperyatchs u parti ddedikata għall-opri żgħar.

Barra dawn il-korsijiet, din l-istituzzjoni qed taħdem sabiex tibda toffri korsijiet fl-inġinerija u fl-ospitalità u għaddejjin ukoll diskussjonijiet mal-MCAST favur kollaborazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet edukattivi.

F’din iż-żjara, il-Prim Ministru Abela kien akkumpanjat mill-Ministru għat-Trasport Ian Borg.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend