Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-eks Prim Ministru u l-Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Dr. Alfred Sant.
Fuq Facebook, Dr. Abela qal kif waqt din il-laqgħa tkellmu dwar ix-xogħol fil-Parlament Ewropew, l-ekonomija u l-Partit Laburista u l-valuri li jħaddan.
Il-Prim Ministru qal kif huwa jħares ‘il quddiem sabiex jaħdmu aktar flimkien.