Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-plejer żagħżugħa Maltija ta’ US Sassuolo Haley Bugeja. Dr. Abela ltaqa’ mal-plejer żagħżugħa ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja.
Il-Prim Ministru tenna li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal pajjiżna fosthom bi prestazzjoni mill-aqwa fid-debutt tagħha fil-klabb Taljan.
Il-Prim Ministru nkoraġġixxa liż-żagħżugħa Maltija sabiex tibqa’ taħdem qatigħ ħalli tkompli tasal aktar ‘il quddiem fil-karriera tagħha, kemm fuq fuq livell ta’ klabb u anke fil-livell tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa.
Waqt din il-laqgħa, il-Prim Ministru Abela ppreżenta wkoll tifkira żgħira lil Bugeja.
Il-Prim Ministru Robert Abela kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima.