Madwar 1.6 miljun ta’ karozzi tat-tip Honda u Acura li saru bejn l-2002 u l-2015 qegħdin jinġabru lura. Dan minħabba li dawn il-mudelli għandhom difett fl-airbags ta’ quddiem.
Dan intqal minn aġent Malti tal-karozzi fi stqarrija, fejn qal li dawk li għandhom dan il-mudell tal-Honda se jissewwew mill-ġdid mingħajr ħlas.