Notifiki

Ma jinstabx ħati li kien vjolenti ma’ martu

Raġel ta’ 40 sena mill-Imqabba nħeles mill-akkużi li fid-9 ta’ Marzu li għadda kkaġuna ġrieħi ħfief u ta fastidju lil martu.

Il-mara qalet li l-akkużat, li għandu problema tad-droga, kien wegħda li jagħmel il-programm sabiex jiġġieled il-vizzju tad-droga, bil-għan li jirranġaw il-problemi ta’ bejniethom.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia semgħet kif il-mara marret tagħmel rapport lill-Pulizija li kellha argument ma’ żewġha.

Hija qalet li żewġha aġġixxa b’mod aggressiv magħha u li din ma kinitx l-ewwel darba li argumentaw. Ir-raġel ġie arrestat mill-Pulizija wara li uffiċjali tal-Aġenzija Appoġġ għamlu investigazzjoni.

Ir-raġel dejjem ċaħad l-akkużi kontrih u f’Ġunju l-mara qalet li ħafret lil żewġha u ma xtaqitx tkompli bil-proċeduri kontrih.

Il-Qorti ssospendiet ix-xhieda tal-mara wara li din baqgħet tinsisti li ma tridx tixhed.

Il-Qorti qalet li l-Prosekuzzjoni u l-parte civile ma pprovdewx biżżejjed provi kontra l-akkużat u għalhekk l-akkużat ma nstabx ħati li kien vjolenti u li beżża’ lill-martu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend