Kolesnikova l-qorti wara li ‘pprovokat il-vjolenza’ – One News

Notifiki

Kolesnikova l-qorti wara li ‘pprovokat il-vjolenza’

Il-mara li organizzat numru ta’ protesti fil-Belarus kontra r-riżultat elettorali li ħalla l-pajjiż f’idejn il-President Alexander Lukashenko mill-ġdid, qed taffaċċja akkużi li pprovokat il-vjolenza b’għemilha biex ixxekkel is-sigurtà nazzjonali.

Il-midja internazzjonali qed tirrapporta wkoll li allegatament, Maria Kolesnikova qattgħet il-passaport tagħha meta l-awtoritajiet pruvaw ikeċċuha mill-pajjiż.

Għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat, mal-mitt elf ruħ ipprotestaw għar-riżultat allegatament imbagħbas tal-aħħar elezzjoni fid-disgħa ta’ Awwissu li għadda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *