Iġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ metri f’sit ta’ kostruzzjoni – One News

Notifiki

Iġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ metri f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ nazzjonalità barranija li għandu 45 sena u li joqgħod l-Imsida ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ metri f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Industrija, Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:20 ta’ waranofsinhar.

Fuq il-post issejħu tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend