Sitt persuni mmultati ftit inqas minn €12,000 wara li nstabu ħatja li saqu taħt l-effett tal-alkoħol – One News

Notifiki

Sitt persuni mmultati ftit inqas minn €12,000 wara li nstabu ħatja li saqu taħt l-effett tal-alkoħol

Sitt persuni ġew immultati ftit inqas minn tnax-il elf ewro wara li nstabu ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex talli saqu taħt l-effett tal-alkoħol.

Persuna minnhom instab ħati wkoll li ma kellux polza tal-assigurazzjoni u li kellu liċenzja tat-traffiku sospiża għal sena.

Dawn il-persuni ttellgħu l-qorti wara li twettqu rondi mill-pulizija tat-traffiku t’Għawdex.

Filfatt, numru ta’ persuni oħra se jkunu akkużati fit-Tribunal dwar kontravenzjonijiet varji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *