Ritratti li juru kif kien pajjiżna fl-imgħoddu saru parti minn kollezzjoni nazzjonali  – One News

Notifiki

Ritratti li juru kif kien pajjiżna fl-imgħoddu saru parti minn kollezzjoni nazzjonali 

Madwar ħamsa u għoxrin ritratt li juri kif kien pajjiżna fil-ħamsinijijet u fis-sittinijiet jinsabu f’idejn l-Arkivji Nazzjonali.

Dan bħala parti minn kollezzjoni ta’ madwar ħdax-il elf ritratt tal-fotografu Belti Guido Stilon.

F’dawn ir-ritratti, l-artist Belti ġab il-ħajja rurali u fl-ibliet tul dawn is-snin, kif qal ma’ ONE News, l-arkivista nazzjonali Dr Charles Farrugia.

Huwa spjega: “Il-kollezzjoni kollha kemm hi ta’ ħdax-il elf ritratt ikopru s-snin ħamsin u sittin, kif kien qed jara kemm rurali u urbana, dan il-persuna Guido Stilon.”

Fost ir-ritratti li hemm f’din il-kollezzjoni hemm il-bini tal-Qorti u ta’ bieb il-Belt.

Din il-kollezzjoni ngħatat mill-familja ta’ Stilon sabiex dawn ir-ritratti jistgħu jitgawdew mill-pubbliku.

Grace Cilia Vincenti, li kienet miżżewġa lil Guido Stilon qalet magħna kif huwa kien jieħu r-ritratti b’żewġ kameras, dik black and white u oħra tal-kulur.

Hija qaltilna: “Il-passjoni tiegħu bdiet kmieni, kien għadu student l-Università. Kien jagħmilha għas-sodisfazzjon tiegħu biss, qatt ma għamel esebizzjoni jew affarijiet oħra, meta kien ħaj.”

Waqt li żar din il-kollezzjoni, il-Ministru għall-Kultura u l-Wirt Nazzjonali Josè Herrera rringrazzja lill-familja ta’ Stilon talli tat din id-donazzjoni ta’ ritratti li se tibqa’ fil-kollezzjoni nazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend