Mistenni l-ewwel diskors tal-Istat tal-Unjoni ta’ Von der Leyen – One News

Notifiki

Mistenni l-ewwel diskors tal-Istat tal-Unjoni ta’ Von der Leyen

Dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen mistennija tippreżenta l-prijoritajiet għas-sena li ġejja.

Dan se jsir waqt id-diskors tal-Istat tal-Unjoni li għall-ewwel darba se jsir ġewwa l-kapitali Belġjana Brussell, hekk kif is-soltu dan isir fi Strassburgu. Mhux se jsir fil-plenarja fil-belt Franċiża minħabba li bħalissa din il-belt tinsab fil-lista l-ħamra kawża tal-imxija.

Waqt dan id-diskors mistenni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea se tagħti rendikont tal-ewwel sena tagħha fil-kariga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend