L-MUT titlob posponiment għall-ftuħ tal-iskejjel – One News

Notifiki

L-MUT titlob posponiment għall-ftuħ tal-iskejjel

Il-Unjin tal-Għalliema, l-MUT qalet kif il-Gvern għandu jipposponi l-ftuħ tal-iskejjel, li mistennija jiftħu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-President tal-MUT Marco Bonnici.

Minkejja t-talba għall-posponiment, MUT ammettiet li bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Bonnici qal li din il-unjin ilha għaddejja b’laqgħat kontinwi minn Marzu li għadda meta ngħalqu l-iskejjel, fejn kellhom ħames xenarji – bit-tnejn li baqu kienu dawk tal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel bi prekawzjonijiet jew li t-tagħlim jibqa’ offrut biss b’mod virtwali.

Huwa qal kif it-tagħlim virtwali huwa alternattiva imma mhux effettiv daqs l-edukazzjoni mogħtija fil-klassi.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. MUT kienet qablet mal gvern dwar xe jsir fliskejjelm.Issa xgara.Il pika li hemm bejn iz zewg unions ma ghandux ibatu t tfal.U min hija l union li ghandha il maggoranza.Qed tibza li ma tibqax president sur bonnici.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *