L-Amerka misjuba ħatja li kisret regola tal-kummerċ imposta fuq iċ-Ċina – One News

Notifiki

L-Amerka misjuba ħatja li kisret regola tal-kummerċ imposta fuq iċ-Ċina

L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ordnat li t-tariffi tal-Istati Uniti imposti fuq merkanzija miċ-Ċina fl-2018, bil-għan li tinstiga gwerra kummerċjali, hija waħda inkonsistenti u tmur kontra r-regoli internazzjonali tal-Kummerċ.

L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qalet li l-fatt li l-Amerka ma pprovdietx evidenza li turi serq kummerċjali miċ-Ċina ma jiġġustifikax, l-azzjoni tal-Gvern Amerikan li jimponi taxxi oħra fuq prodotti Ċiniżi.

Il-Gvern Ċiniż laqa’ din id-deċiżjoni.

L_Amerka qalet li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kienet inadegwata fil-mod kif ikkonfrontat liċ-Ċina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend