“Il-pajjiżi milquta mill-immigrazzjoni għandhom iserrħu fuq is-solidarjetà Ewropea” – Von der Leyen se tħabbar patt ġdid tal-immigrazzjoni – One News

Notifiki

“Il-pajjiżi milquta mill-immigrazzjoni għandhom iserrħu fuq is-solidarjetà Ewropea” – Von der Leyen se tħabbar patt ġdid tal-immigrazzjoni

Il-ġimgħa d-dieħla, il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta patt ġdid dwar l-immigrazzjoni.

Dan intqal mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen waqt l-ewwel diskors tagħha tal-Istat tal-Unjoni.

Von der Leyen qalet kif dawk il-pajjiżi li jwettqu d-dmirijiet morali u legali fl-immigrazzjoni jridu jserrħu fuq fuq is-solidarjetà tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

Hija qalet: “And those countries who fulfil their legal and moral duties or are more exposed than others, must be able to rely on the solidarity of our whole European Union.”

Saħqet kif is-salvataġġ fil-baħar m’għandux ikun għażla u qalet li l-patt dwar l-immigrazzjoni li se tħabbar se jħares l-aspett uman ta’ din il-kwistjoni.

Hija qalet kif irid ikun hemm distinzjoni ċara bejn dawk l-immigranti li jkollhom dritt għall-ażil u dawk li m’għandhom l-ebda dritt.

F’dikjarazzjonijiet b’saħħithom, Von der Leyen qalet li trid issir azzjoni kontra t-traffikanti tal-bnedmin.

Hija saħqet: “We have to make a clear distinction between those who have the right to stay and those who do not. We will take action to fight smugglers, strengthen external borders, deepen external partnerships and create legal pathways.”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li l-immigrazzjoni hija sfida għall-kontinent Ewropew u kull parti tal-Unjoni Ewropea trid tagħmel il-parti tagħha.

Qalet kif qatt daqs dawn l-aħħar xhur, ma kien hemm daqshekk għaqda fl-Unjoni Ewropea.

Dan b’referenza għall-pandemija, hekk kif saħqet li aktar minn sitt mitt elf persuna mill-kontinent Ewropew li kienu maqbudin meta ngħalqu l-fruntieri, marru lura fi djarhom.

Qalet kif l-Unjoni Ewropea kienet minn ta’ quddiem fil-ftehim storiku ta’ seba’ mija u ħamsin biljun ewro, dak magħruf bħala NextGenerationEU se jkun qed jgħin l-ekonomija fiż-żona Ewro.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet kif l-Unjoni Ewropea se tkun minn ta’ quddiem sabiex is-sena d-dieħla fl-Italja jitlaqqa’ summit globali dwar is-saħħa wara t-tagħlima tal-pandemija li affettwat lid-dinja.

Von der Leyen tkellmet fuq l-ambjent u spjegat kif sal-elfejn u ħamsin il-kontinent Ewropew għandu jkun l-ewwel kontinent bi klima newtrali, f’dak magħruf bħala l-Green Deal.

Hija semmiet ukoll kif l-Kummissjoni Ewropea se tkun qed taħdem fuq qafas regolatorju dwar il-paga minima.

Tkellmet dwar BREXIT, esprimiet id-diżappunt li r-Renju Unit irid jerġa’ jiftaħ ftehim milħuq.  l

Il-President ta’ din l-istituzzjoni Ewropea qalet kif l-Unjoni Ewropea tinsab fuq in-naħa tal-poplu tal-Belarus, filwaqt li semmiet kif l-Unjoni Ewropea tinsab fuq in-naħa tal-Grieġi u ċ-Ċiprijotti fil-kwistjoni tagħhom mat-Turkija.

Dwar dan id-diskors, permezz ta’ twitter, il-Prim Ministru Robert Abela semma kif pajjiżna se jkompli jaħdem fil-qrib mal-Unjoni Ewropea fil-qasam ambjentali u s-settur diġitali.

Qal ukoll kif l-immigrazzjoni u r-relazzjonijiet mal-Afrika għandhom ikunu prijorità.

Fi tweet oħra, il-Prim Ministru Abela qal kif huwa laqa’ wkoll il-prijoriet dwar l-ugwaljanza li se tkun qed taħdem fuqhom il-Kummissarju Ewropew Maltija Helena Dalli.

Intant, fil-plenarja fi Brussell tkellmet il-Viċi President tas-Soċjalisti Demokratiċi Ewropej u l-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Miriam Dalli.

Hija laqgħet il-prijoritajiet tal-President tal-Kummissjoni Ewropea: “Nistenna li fiż-żmien li ġej naraw patt dwar l-immigrazzjoni aktar b’saħħtu. Irridu soluzzjonijiet aktar innovattivi. Is-soluzzjonijiet tal-bieraħ la huma jaħdmu llum u lanqas se jaħdmu għada u jekk veru s-solidarjetà ma tibqax paroli fuq il-karta imma ssir fatti, irridu naraw li jkollna l-miżuri u l-għodda biex nindirizzaw din l-isfida.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply to Matteotti Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend