Dan il-Gvern irid li ssir ġustizzja – Il-PL – One News

Notifiki

Dan il-Gvern irid li ssir ġustizzja – Il-PL

Il-Partit Laburista fi stqarrija sostna li dan il-Gvern irid li ssir ġustizzja fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Partit Laburista tenna li l-Gvern bl-ebda mod ma jrid li l-inkjesta titwaqqaf iżda li l-istess inkjesta għandha sseħħ b’mod spedit u abbażi tat-termini maqbula mal-familja Caruana Galizia.

Il-Partit Laburista fakkar li din hija l-ewwel darba li qed issir inkjesta quddiem tliet imħallfin li dwarhom kien hemm qbil anke mill-familja Caruana Galizia stess.

L-istqarrija kompliet tgħid li l-Gvern attwali ta bosta sinjali b’saħħithom permezz ta’ għadd ta’ deċiżjonijiet u riformi li ġew mfaħħra mill-istituzzjonijiet konċernati.

Il-Partit Laburista temm jgħid li jkun aħjar jekk il-proċess ikompli għaddej b’serenità biex issir ġustizzjoni minflok ikun hemm hemm telf ta’ żmien f’logħob politiku kkalibrat apposta biex ixekkel il-ħidma tal-Gvern.

 

Ara wkoll:

Nies tal-għaqda Repubblika jgħajru lill-PM bħala xadina

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend