Anzjan iġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum fis-Sannat – One News

Notifiki

Anzjan iġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum fis-Sannat

Anzjan ta’ 64 sena minn Kerċem ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq kamra tal-għalqa li tinsab f’dar fi Triq Saguna fis-Sannat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Ġeneral t’Għawdex għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend