Żewġ Spanjoli jinżammu arrestati wara li ġew mixlija li ppruvaw idaħħlu d-droga fil-pajjiż – One News

Notifiki

Żewġ Spanjoli jinżammu arrestati wara li ġew mixlija li ppruvaw idaħħlu d-droga fil-pajjiż

Marta Chanelys Liranzo Duval ta’ 18-il sena u mara oħra ta’ 25 sena li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati b’pussess tad-droga kokaina u ecstasy.

Iż-żewġ Spanjoli nqabdu waqt operazzjoni mill-uffiċjali tad-dwana fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Minn tfittxija li saret irriżulta li l-bagalja kellha qiegħ falz fejn hemmhekk instabet id-droga.

Intant fil-Qorti, iż-żewġ imputati ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom.

L-avukat Leontine Calleja, li deheret għal Duval talbet biex l-klijenta tagħha tiġi eżaminata minn tabib.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo laqgħet it-talba u rrakomandat li d-Direttur tal-Ħabs biex tabib jeżamina lil Duval li hija tqila.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *