Tulimieri jiffirma ma’ Mosta F.C. – One News

Notifiki

Tulimieri jiffirma ma’ Mosta F.C.

Il-midfielfer Taljan Kevin Tulimieri ngħaqad ma’ Mosta F.C. b’self għal staġun mingħand Valletta Football Club.  Dan ħabbruh tard ilbieraħ filgħaxija l-istess Mosta F.C. permezz tal-paġna tagħhom fuq Facebook.

Tulimieri kien inġib f’Malta minn Ħamrun Spartans F.C. fejn magħhom kellu prestazzjonijiet mill-aqwa tant li ġibed l-interess ta’ Valletta F.C. Madanakollu l-avventura mat-tim mill-kapitali xejn ma kienet feliċi tant li ġie utilizzat f’numru żgħir ta’ partiti biss.

L-ex Ħamrun Spartans F.C. iffirma fil-preżenza tad-Direttur Tekniku Mario Muscat u t-team manager Jason Vella.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend