Se jinbena impjant ġdid għall-iskart kliniku li se jieħu post l-inċineratur tal-Marsa – One News

Notifiki

Se jinbena impjant ġdid għall-iskart kliniku li se jieħu post l-inċineratur tal-Marsa

Beda l-proċess biex jinbena impjant ġdid tal-ogħla kwalità biex jieħu post l-inċineratur tal-Marsa. Dan filwaqt li fil-jiem li ġejjin ser toħroġ l-ewwel sejħa għall-offerti biex jiġu mħejjija studji dwar id-disinn u l-ambjent.

B’investiment ta’ ħamsin miljun ewro, dan l-impjant ser jitratta skart kliniku. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia fejn spjega li pajjiżna għandu bżonn infrastruttura ġdida għall-immaniġjar tal-iskart f’pajjiżna.

Għaldaqstant, dan l-impjant ser ikun mgħammar bl-aħħar teknoloġija disponibbli.

B’hekk dan l-impjant se jkun qed jikkumplimenta l-impjant ta’ ġenerazzjoni t’enerġija mill-iskart u dak tal-iskart organiku li se jkunu qegħdin jinbnew fil-kumpless ECOHIVE fil-Magħtab.

Il-Ministru Farrugia stqarr li dan il-proġett se jwassal għal qabża sostanzjali fil-kwalità tal-ħajja u huwa pass ieħor fit-triq ‘il quddiem għal ekonomija ċirkulari.

Huwa spjega: “Qegħdin naraw li jkollna impjant state of the art li jingħaqqad mal-kumplessi l-oħra mal-impjanti l-oħra fil-kumpless ECOHIVE fil-Magħtab. L-impjant il-ġdid ser jkun jiswa madwar ħamsin miljun ewro u se naraw li dan ikun biswit l-impjanti l-oħra biex nimxu lejn ekonomija ċirkulari u allura mill-iskart li wieħed ikun qed jaħraq joħloq enerġija elettrika għall-benefiċċju tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.”

Minkejja dan, sakemm jitlesta l-impjant, ġew fis-seħħ numru ta’ miżuri biex jitnaqqas il-piż minn fuq l-inċineratur tal-Marsa fost oħrajn kien hemm titjib fis-sistema ta’ trattament ta’ ilma maħmuġ kif ukoll il-ħażna adattata għall-frakassi tal-għadam.

Il-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca spjega kif fil-jiem li ġejjin se jkun hemm diskussjonijiet ma’ biċċeriji privati u rziezet tal-bhejjem biex bi sforzi żgħar jagħmlu differenza kbira fl-operat tal-impjant.

Is-Sur Bilocca stqarr: “L-impjanti jiddependi fuq kwalità tajba tal-iskart jiġifieri l-iskart jasal hawnhekk frisk, qegħdin nitkellmu fuq fdalijiet tal-annimaliu b’hekk qegħdin nitolbu l-għajnuna tal-produtturi biex huma jtejbu l-operat tagħhom ħalli meta l-iskart jasal hawnhekk ikun f’kundizzjoni tajba u jiġġenera ferm inqas inkonvenjent. ”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend