Jiskatta l-proċess għall-ħatra t’Avukat tal-Istat ġdid – One News

Notifiki

Jiskatta l-proċess għall-ħatra t’Avukat tal-Istat ġdid

Inbeda l-proċess sabiex pajjiżna jkollu Avukat tal-Istat ġdid.

Dan hekk kif twaqqfet il-Kummissjoni għall-Ħatra ta’ Avukat tal-Istat ġdid. Din il-kummissjoni se tkun qed jitmexxa mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi u l-Imħallfin Emeriti Lawrence Quintano u Antonio Mizzi.

Dan wara li l-ġimgħa l-oħra, l-ewwel Avukat tal-Istat Dr. Victoria Buttigieg ġiet maħtura bħala l-ewwel Avukat Ġenerali mara.

Fil-gazzetta tal-Gvern, il-Kummissjoni għall-Ħatra ppublikat sejħa għall-post vakanti f’dan l-irwol.

Fil-jum li ħarġet din is-sejħa, ONE News tkellem mal-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis li qal kif din il-kummissjoni se tkun qed tiltaqa’ ma’ dawk interessati u tintgħażel l-aħjar persuna.

Huwa spjega: “L-Avukat tal-Istat jintgħażel billi dawn it-tliet Imħalfin jiftħu public call, jisimgħu jagħmlu l-interviews. Ovvjament jagħżlu l-iktar persuna idonja, li tista’ taqdi din il-funzjoni tant importanti li tkun l-avuktat ewlieni tal-Gvern.”

Il-Ministru Zammit Lewis fakkar kif din il-bidla saret lura f’Diċembru li għadda, meta Dr. Buttigieg laħqet bħala l-ewwel avukat tal-istat. Permezz t’hekk infatmu uffiċjalment il-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali u dak tal-Istat.

Huwa sostna: “Qabel ma kien hemm dan kollu, qabel l-2019 kien il-Prim Ministru jew il-Minsitru għall-Ġustizzja jqum filgħodu u jaħtar lil min irid. Ma ridnix hekk, riedna sistema serja u trasparenti.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend