Ir-Royal Malta Yacht Club mitlub jevakwa mil-lido f’Ta’ Xbiex – One News

Notifiki

Ir-Royal Malta Yacht Club mitlub jevakwa mil-lido f’Ta’ Xbiex

Ir-Royal Malta Yacht Club ġie ordnat biex jevakwa mil-lido ta’ Tax-Xbiex hekk kif il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri ddikjarat li l-klabb ma kellux titolu legali fuq il-post.

Dan wara li l-Assoċċjazzjoni Maltija għall-Playing Field kienet ippreżentat każ u argumentat li l-Assoċjazzjoni kienet ingħatat ċens  tas-sit għal 49 sena mill-Gvern fl-2002. Aktar tard, fl-2008, l-art ġiet esproprjata mill-Gvern u ngħatat lir Royal Malta Yacht Club.

Fl-2015 l-assoċjazzjoni kienet ikkontestat fil-Qorti il-validità tal-esporprazzjoni, liema każ kienet rebħet.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend