Il-Gvern Malti joħroġ €120 miljun fi stocks b’irkant – One News

Notifiki

Il-Gvern Malti joħroġ €120 miljun fi stocks b’irkant

Il-Gvern Malti ħareġ b’irkant mija u għoxrin miljun ewro fi stocks b’rata fissa.

L-applikazzjonijiet għal dawn l-istocks, li jiftħu nhar l-Erbgħa tlieta u għoxrin ta’ Settembru fit-tmienja u nofs ta’ filgħodu u jagħlqu f’nofsinhar tal-istess jum, ser jieħdu forma ta’ offerti b’irkant għall-minimu ta’ nofs miljun ewro.

Jum qabel il-ftuħ tal-offerti ser jiġu mħabbra linji gwida dwar l-ipprezzar fuq rati tal-ewro li jirriflettu l-kundizzjonijiet fis-suq sekondarju.

Ir-riżultat ta’ dan l-irkant ser jitħabbar sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend