Fil-Whitehouse ffirmat ftehim storiku bejn l-Iżrael u żewġ pajjiżi Għarab – One News

Notifiki

Fil-Whitehouse ffirmat ftehim storiku bejn l-Iżrael u żewġ pajjiżi Għarab

Il-ftehim storiku bejn l-Iżrael, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Bahrain ġie ffirmat fil-White House, f’Washington.

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda u anki tal-Bahrain iffirmaw il-ftehim fil-preżenza tal-President Amerikan Donald Trump.

Dan il-ftehim mistenni jżomm relazzjonijiet eċċellenti bejn l-Iżrael u ż-żewġ pajjiżi Għarab u diversi osservaturi politiċi sostnew li dan jitfa’ iżjed pressjoni fuq il-Palestinjani biex ifittxu t-triq tal-paċi mal-Iżrael.

Minkejja dan teżisti kritika li l-Iżrael ta’ Netanyahu mhux ifittex biżżejjed li jkun hemm ftehim mal-Palestinjani

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend