Eluf ta’ negozji diġà applikaw għar-rifużjoni tal-kera – One News

Notifiki

Eluf ta’ negozji diġà applikaw għar-rifużjoni tal-kera

Aktar minn sittax-il elf negozju rċivew l-applikazzjoni u bdew japplikkaw għar-rifużjoni tal-kera skont skema li kienet tħabbret fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li kien ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela f’Ġunju li għadda.

Il-Malta Enterprise bdiet tilqa’ l-applikazzjonijiet għal din il-miżura li tiswa ħamsa u erbgħin miljun ewro, bil-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise qal li fl-ewwel jum kienu eluf li applikaw.

Huwa spjega: “S’issa kien hemm eluf li applikaw u nħeġġu sabiex kull min jirċievi l-applikazzjoni, japplika għaliha.”

Il-miżura għar-rifużjoni tal-kera se tkun qed titħaddem b’sistema ta’ skali skont kemm il-ħaddiem timpjega l-intrapriża u kemm-il kera għandha.

Kumpaniji li jħaddmu sa disa’ impjegati u għandhom kirja waħda se jieħdu sa elfejn u ħames mitt ewro filwaqt li kumpaniji li jħaddmu aktar minn erbgħin impjegat se jdaħħlu sa massimu ta’ sebat elef u ħames mitt ewro.

ĦADDIEMA BIL-ĦLAS TAL-PAGI KUNTRATTI TAL-KERA RIFUŻJONI
1-9 1 €2,500
10-19 2 €4,000
20-29 3 €5,500
30-39 4 €7,000
40+ 5 €7,500

Kurt Farrugia fakkar ukoll fl-iskema sabiex b’mod awtomatiku n-negozji jirċievu rifużjoni sa massimu ta’ ħamsin fil-mija fuq il-kont tad-dawl tax-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru.

Huwa sostna: “Ħriġna żewġ settijiet ta’ emails li irċivew 16,000 Through dik l-email b’mod awtomatiku dak li jkun ikun jista’ japplika għal rifuzjoni kemm tad-dawl kif ukoll tal-kirja.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend