700 post tax-xogħol x’jimtela fis-settur tal-iGaming – One News

Notifiki

700 post tax-xogħol x’jimtela fis-settur tal-iGaming

Għalfejn l-iGaming?

Din hija d-domanda li l-imsieħba tal-pjattaforma iGen iriduk tgħarbel meta tkun qed tfittex impjieg ġdid. Dan is-sit elettroniku ġab flimkien kumpaniji tal-logħob diġitali bbażati Malta, li jridu jħajru aktar Maltin jinbtu karriera f’din l-industrija.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ iGen, Enrico Bradamente, spjega ma’ ONE News li attwalment hemm numru sostanzjali ta’ ħaddiema barranin jaħdmu fl-industrija lokali, iżda bħalissa hemm mas-seba’ mitt post tax-xogħol disponibbli, li kapaċi jimtlew mill-Matin.  

“We would like to encourage more locals and professionals to consider iGaming, and ‘Why iGaming?’ has come up, as a cheeky question. We would like to provide this resource so people, in particular the Maltese, get information about which gaming jobs are available”, spjega Bradamente. 

Mistoqsi għalfejn iGen għażlet lil Malta bħala l-bażi tagħha, il-Kap Eżekuttiv wieġeb hekk:

“Malta has been the home for gaming for the past 15 years. In Europe, but I would argue worldwide, when it comes to online gaming, it remains the only real hub for the industry”.

Dan kollu se jsir ukoll bi sħab ma’ Gaming Malta. Waqt it-tnedija tas-sit, l-Uffiċjal Kap tal-Operat ta’ Gaming Malta, Ivan Filleti qal li dan is-sit se joffri informazzjoni wkoll dwar kif wieħed għandu jersaq lejn karriera f’din l-industrija.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo qal li dan kollu se jimxi id f’id mal-viżjoni tal-gvern dwar Malta aktar diġitali. Ma’ ONE News, Bartolo ddeskriva l-iGaming bħala  “industrija li minkejja l-pandemija, baqgħet tissaħħaħ. Allura din l-inizjattiva se tkompli tgħinna nsaħħu l-aspett diġitali tal-ekonomija Maltija. Qed naraw li l-viżjoni tal-Gvern hija dik li mmoru għal Malta Diġitali, li dejjem ngħollu l-ħiliet tal-poplu kollu biex dak li jkun ikun jista’ dejjem javvanza aktar fil-karriera tiegħu, u jkollu impjieg li jagħti valur ta’ ħajja aħjar”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend