273 immigrant abbord bastiment tal-Open Arms se jidħlu f’Palermu – One News

Notifiki

273 immigrant abbord bastiment tal-Open Arms se jidħlu f’Palermu

Il-bastiment tal-Open Arms b’273 immigrant abbord se jidħol f’Palermu fi Sqallija.

Fl-aħħar sigħat, l-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms bdiet titlob lil Malta biex taċċetta li jiġu żbarkati l-immigranti li hemm abbord il-bastiment tagħha f’pajjiżna iżda l-Gvern Malti rrifjuta li jagħmel dan.

Il-Gvern Malti żamm mal-pożizzjoni soda tiegħu u din l-aħħar azzjoni b’saħħitha ta’ Malta ssegwi oħra tas-Sibt li għadda meta immigranti li kienu fuq tanker Daniż Etienne Maersk kienu kostretti li jiddaħħlu f’Pozzallo, fi Sqallija.

Għall-ġimgħat sħaħ kien hemm pressjoni kbira fuq Malta biex iddaħħal l-immigranti iżda l-Prim Ministru Robert Abela kien saħaq li ma jdaħħalx dawn l-immigranti li marru abbord bastiment Daniż wara li kienu f’żona ta’ tiftix u salvataġġ tat-Tuneżija.

Ara wkoll: 

Malta tirrifjuta li bastiment tal-Open Arms idaħħal 273 immigrant f’pajjiżna

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Il-merkanti tal-mewt jistagħnew, l-ngo’s jaġevolawhom u l-eu kompliċi u ċassa! Mela sewwa jagħmel il-Gvern Malti. Oramai f’din is-sitwazzjoni ħadd mhu jagħti każ il-liġijiet!! Speċjalment il-pajjiżi tal-eu!! U issa anki r-Renju Unit ser jiġi jitmejjel mill-ftehim milħuq mal-eu. Kulħadd jaħseb għal xawwatu! U allura aħna le?!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend