1,374 persuna marru l-ħabs wara li ma ħallsux il-VAT – One News

Notifiki

1,374 persuna marru l-ħabs wara li ma ħallsux il-VAT

Bejn l-elfejn u tmienja u Mejju elfejn u tlettax, elf, tliet mija erbgħa u sebgħin persuna spiċċaw il-ħabs wara li naqsu jħallsu l-VAT jew naqsu li jibgħatu lura l-formola bil-pagament.

Dan il-fatt kien anki rrappurtat mill-midja.

Fl-elfejn u tlettax, il-Gvern kien iddeċieda li titneħħa l-piena ta’ ħabs għal dawk il-persuni li jonqsu milli jħallsu t-taxxa tal-VAT dovuta.

Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech seta’ jittella’ l-Qorti li kieku daħal għall-politika u kien baqa’ ma ħallasx il-kontijiet pendenti li kellu ta’ ħlas ta’ taxxa u VAT.

Nhar il-Ħadd, ma’ ONE News, il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ilmenta għall-penali li trid tħallas skont il-liġi meta tonqos tonora l-obbligi tat-taxxa.

Meta maqbud fuq sieq waħda u skomdu għall-aħħar, Bernard Grech beda jilgħabha tal-vittma u saħaq li hu mġarrab.

Grech qal: “Li meta d-dipartiment inti tonqos li tħallas it-taxxa, inti jagħmillek ovvjament il-penali u anki l-imgħax. Sfortunatament dawn il-penali huma aspissjanti, ikunu kwantitajiet kbar u min qed jismgħani, nispera li ġġibuha din il-parti wkoll, ibati minnha din u fil-fatt din irridu nħarsu lejha wkoll fil-futur jekk Alla jrid għaliex jien ġarrabtha u nixtieq lin-nies ma jġarrbuhiex bl-istess mod għaliex dawn it-tip ta’ penali u imgħaxijiet eżorbitanti jkissru lin-nies.”

Bernard Grech li warajh hemm il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li tant tippriedka fuq it-trasparenza u l-kontabbilità kellu miegħu Għawdex, kien mistoqsi wkoll dwar mis-appropjazzjoni tal-VAT wara li wkoll kien naqas li jħallas f’eluf kbar t’ewro f’VAT.

F’dan il-kuntest, Bernard Grech dar mal-lewża dwar jekk dan hux reat kriminali u qal biss li issa m’hemmx proċeduri kontrih.

Meta kien mistoqsi Grech: “Però inti kont qed tiġbor ukoll, kont qed tiġbor is-sommom m’għand il-klijenti biex tħallas il-VAT u lanqas dik ma kont qed tħallas. Dan huwa reat kriminali mhux hekk?”

“Però mbagħad jien għażilt illi nċedi dan id-dritt fil-fatt ħallast l-ammonti kollha.”

Meta reġa’ kien mistoqsi: “Mis-appropjazzjoni tal-VAT mhux reat kriminali?”

Grech wieġeb: “Jekk huwiex reat kriminali, m’hemm l-ebda proċeduri kriminali kontrija.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend