Uffiċjal tal-Pulizija fl-Istati Uniti tkeċċa b’mod immedjat wara li nqabad b’filmat fuq il-midja soċjali jagħti bil-ponn repetutament f’wiċċ raġel li kien qed jiġi arrestat. L-uffiċjal, li ismu mhux jixxandar tkeċċa talli uża forza eċċessiva fuq il-vittma Roderick Walker ta’ 26 sena.
Walker ġie arrestat wara li uffiċjali talbuh iwarrab mal-ġenb talli kellu l-fanal tal-karozza mkisser u meta intalab għal dokument ta’ identifikazzjoni ma kellux fuqu. Fil-karozza miegħu kellu lit-tfajla tiegħu u l-wild tagħhom ta’ ħames xhur.
Riċentament l-Istati Uniti kienet fil-mira ta’ dibattiti jaħarqu għall-mod kif Afrikani Amerikani jiġu trattati taħt il-kustodja tal-Pulizija. Fosthom il-każ ta’ George Floyd li seħħ f’Mejju li għadda.